Fid-disgħa ta’ dalgħodu se tkun qed issir l-elezzjoni każwali tal-Partit Laburista biex jimtlew is-siġġijiet vakati minn kandidati Laburisti li ġew eletti minn żewġ distretti.
B’kollox iridu jiġu eletti tmien kandidati minn tmien distretti differenti li huma mit-tieni sas-sebgħa distrett, id-disa’ u l-11-il distrett.
Il-Partit Laburista għandu 38 nominazzjoni għal din l-elezzjoni każwali.
Intant, nhar it-Tlieta li ġej se jsiru l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista minflok illum, u dan għaliex il-Partit Nazzjonalista ma ppreżentax il-lista ta’ kandidati li se jċedu s-siġġijiet fi żmien stipulat.
Kawża ta’ dan id-dewmien tal-Partit Nazzjonalista, il-proċess tal-mekkaniżmu għal aktar ugwaljanza bejn is-sessi fil-Parlament se jittardja wkoll.