L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat juru li għadha kif tneħħiet il-vettura li kienet qed tintuża minn Daphne Caruana Galizia. Dan hekk kif issa ttieħdet biex isiru aktar eżaminazzjonijiet iddettaljati.
Ix-xena tar-reat għadha waħda ppreservata, bl-investigaturi jwesggħu ż-żona ta’ fejn qed issir l-investigazzjoni fuq iż-żona tal-Maswar.
Intant illum se ssir l-awtopsja fuq il-katavru ta’ Daphne Caruana Galizia, li mistennija titfa’ iktar dawl fuq it-tip ta’ splussiv li ntuża.
B’rabta mal-istess każ, minn qalb it-tifrik tal-karozza fuq il-post tad-delitt, instab laptop.
Informazzjoni fih tista’ tgħin lill-investigaturi jifhmu jekk il-qtil tal-blogger huwhiex marbut ma’ xi storja li kitbet fil-passat jew oħrajn li kienet qed taħdem fuqhom u kienu għadhom ma ġewx ippubblikati.
Madanakollu jidher li l-laptop għandu ħsarat estensivi kawża tal-isplużjoni, u għadu mhuwhiex ċar jekk l-informazzjoni li hemm fih tistax tinkiseb.