Illum, il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu, se jsir il-Pellegrinaġġ Nazzjonali bil-vara ta’ Ġesù Redentur fl-Isla.
Dan il-pellegrinagg Nazzjonali Djoċesan se jibda fis-6pm u se jkun immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles J. Scicluna.
Matul il-jum il-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla se tibqa’ miftuħa sat-8:30pm. Dan filwaqt li l-quddiesa fil-Bażilika se jkunu fis-7am, 8:45am, 10am, fil-5pm u wara l-pellegrinaġġ.
Is-servizz tal-ferry mill-Belt għall-Isla u viċi versa se jibqa’ jaħdem sal-10pm.