Aktar tard illum, il-Minsitru għall-Finanzi Brittaniku, Jeremy Hunt, se jkun qed jagħti spjegazzjoni dwar kif il-gvern se jiffinanzja l-pjaninijiet li tħabbru fil-mini-budget.
Fi stqarrija maħruġa mill-Parlament tar-Renju Unit, intqal li Hunt se jkun qed iressaq miżuri mill-pjan fiskali għall-perjodu li ġej.
Id-dettalji sħaħ tal-pjan fiskali mistennija li jitħabbru fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Din l-istqarrija ħarġet wara li fi tmiem il-ġimgħa, il-Prim Ministru Brittanika, Liz Truss, kellha laqgħat mal-gvernatur tal-Bank of England u l-kap tal-Uffiċċju tal-Immaniġġjar tad-Dejn.
Truss, li ilha fit-tmexxija bħala Prim Ministru mis-6 ta’ Settembru li għadda, qed taffaċċja sejħiet sabiex tirreżenja wara t-taqlib ekonomiku li seħħ fir-Renju Unit wara li tħabbar il-mini-budget.
Fil-fatt, b’riżultat ta’ hekk, diġà kellu jirreżenja l-Ministru għall-Finanzi, Kwasi Kwarteng, li kien qrib ħafna ta’ Truss.
Tliet deputati mill-partit li tmexxi l-Prim Ministru stess iddikjaraw pubblikament li jemmnu li għandha tirreżenja, filwaqt li l-Mexxej Laburista Sir Keir Stramer talab lil Truss biex taffaċċja l-parlament.