Fit-teatru Ariston illum jingħata bidu għas-70 edizzjoni tal-Festival ta’ Sanremo li hu organizzat mill-istazzjon RAI.
Il-qofol se jintlaħaq nhar is-Sibt li ġej fejn se jsir magħruf min rebaħ din l-edizzjoni ta’ Sanremo u min se jirrappreżenta lit-Taljani fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena li se jsir f’Rotterdam, l-Olanda.
Din is-sena l-festival ta’ San Remo se jkun ippreżentat minn Amadeus. Matul is-serati miegħu ser ikollu għaxar presentaturi nisa, li huma: Laura Chimenti, Antonella Clerici, Emma D’Aquino, Rula Jebreal, Diletta Leotta, Francesca Sofia Novello, Georgina Rodríguez, Sabrina Salerno, Alketa Vejsiu u Mara Venier.
L-attriċi Monica Bellucci kienet se tipparteċipa bħala mistiedna speċjali, iżda ġimagħtejn ilu ħabbret li mhijiex se tkun qed tagħti s-sehem tagħha.