Il-Membri Parlamentari Ingliżi se jirritornaw lura fil-Parlament wara li l-Qorti Suprema ddeċidiet li s-sopensjoni tal-Parlament li talab il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, kienet illegali. Il-Prim Ministru qal li minkejja li ma jaqbilx mad-deċiżjoni li ttieħdet it-Tlieta, se jirrispetaha. Johnson se jirritorna lura l-Ingilterra kmieni mis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti li qed isir fi New York.
Il-mexxej tal-Partit Laburista Inglżz, Jeremy Corbyn, li kien qed jattendi konferenza tal-partit indirizza lid-delegati aktar kmieni minn dak mistenni sabiex ikun jista’ jirritorna f’Westminister matul il-jum tal-Erbgħa. Fl-indirizz tiegħu huwa qal illi Johnson aġixxa b’mod illegali meta pprova ssikket lill-oppożizzjoni, filwaqt li tenna li l-PM Ingliż għandu jirreżenja. Johnson qed jaffaċċja diversi sejħiet oħra sabiex jirriżenja.
Intant, il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti Ingliż, Jacob Rees-Mogg, sejjaħ il-mod li bih aġixxit il-Qorti bħala kolp ta’ stat kostituzzjonali.