Charlie Gard għandu seba’ xhur. Iċ-ċkejken Ingliż għandu wkoll kundizzjoni ġenetika li tant hi rari li aktarx huwa s-sittax-il wieħed fid-dinja li hu magħruf li jbagħti biha.
Minbarra din il-mitochondrial disease, ommu u missieru qed jiġru kontra l-ħin biex jiġbru biżżejjed flus għalih, u jkunu jistgħu jipprovdulu trattament fl-Istati Uniti. Illum il-ġenituri se jitolbu lill-Qorti Suprema Ingliża biex iżżomm lit-tarbija ħajja, għaliex it-tobba jemmnu li jkun aktar ta’ ġid għal kulħadd jekk jitħalla jmut.
Il-ġenituri, Connie Yates u Chris Gard, kienu maħsuda meta t-tobba qalulhom li jkun aħjar jekk jitneħħew il-magni lil Charlie, sabiex ikun jita jmur b’dinjità.
Connie, ta’ 31 sena, esprimiet l-imħabba kbira li għandha lejn binha u li tħoss li qed jingħata sentenza ta’ mewt.
L-appell biex Charlie jibqa’ jingħata l-kura kollha se jsir f’Londra.