Wara xhur ta’ preparazzjoni , studji u riċerka, llum wara nofsinhar se jsir is-smigħ tal-Leo Brincat, in-nominat Malti li jista’ jinħatar membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri . Brincat, li l-kariga tiegħu kienet fis-settur finanzjarju, kellu jgħaddi minn dan is-smigħ f’Ġunju li għaddha, iżda ġie pospost.