Illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela ser ikun qed jindirizza Rally Team Malta fuq il-Fosos tal-Floriana.
Dan ir-rally ser ikun qed jittella’ taħt tinda massiċċa u ser ikun qed jimmarka t-tmien tat-tielet ġimgħa ta’ din il-kampanja elettorali.
L-attività ser tkun imżewqa b’mużika mill-isbaħ permezz ta’ DJs rinomati li ser jallegraw in-nies li ser jattendu din l-attività politika.
Il-qofol ta’ Rally Team Malta, li jkompli mal-kullana t’attivitajiet sbieħ li ġew organizzati mill-Partit Laburista f’din il-kampanja elettorali, jintlaħaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.