Id-9 ta’ Mejju għandu sinifikat partikolari għall-Maltin minħabba li fih il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ San Ġorġ Preca li kien saċerdot Kattoliku Malti u Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, magħrufa bħala l-M.U.S.E.U.M. San Ġorġ Preca huwa l-ewwel qaddis Malti.
Illum jimmarka wkoll dak li d-19-il anniversarju minn meta l-Papa Ġwanni Pawlu II bbeatifika lil Dun Ġorġ Preca flimkien mal-Beati l-oħra Maltin Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani.
Kien propju nhar it-3 ta’ Ġunju fl-2007, li l-Papa Benedittu XVI ddikjara lil Dun Ġorġ Preca bħala qaddis.