Illum qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm.
Għal din l-okkażjoni tul dawn l-aħħar ġimgħat il-faċċati tat-tliet Palazzi Presidenzjali nxtegħlu b’kulur aħmar sabiex jitqajjem iżjed għarfien dwar l-importanza tal-għoti tad-demm.
Fl-istess waqt qed ikunu rikonoxxuti d-donaturi kollha.
Din is-sena hija t-tmintax-il darba li qed jiġi imfakkar dan il-jum, u t-tema magħżula hija ‘Agħti d-demm u żomm il-qalb tad-dinja tħabbat’.