Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson qal li jinsab grat ħafna lejn it-tobba u l-infermiera tal-isptar St. Thomas, għaliex kieku llum ma jinsabx f’qagħda tajba. Huwa qal li m’għandux kliem biżżejjed sabiex juri l-gratiduni lejhom.
Il-Prim Ministru Ingliż iddaħħal l-isptar il-Ħadd li għadda, 10 t’ijiem wara li ttestja fil-pożittiv għall-COVID-19.
Kelliema f’Downing Street qalu li Boris Johnson jinsab f’qagħda tajba, però s’issa għadhom ma jafhux meta se joħroġ mill-isptar.