Il-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li t-Tnejn mistennija jitħabbru miżuri oħra bil-għan li tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid-19.
Dan qalu fuq Twitter wara laqgħa li kellu mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Prof. Charmaine Gauci, il-Ħadd wara nofsinhar.
Il-Prim Ministru Abela żied jispjega li b’dawn il-miżuri se jkun assigurat il-bilanċ bejn il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.
Concluded a very constructive meeting with @chrisfearne and @CGauci1. New measures will be announced tomorrow to limit the rate of infections, while ensuring that matters remain under control. A balanced approach that protects the lives and livelihood of #Maltese citizens – RA pic.twitter.com/8IpyjnQ2zC
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) August 16, 2020