Matul il-jum tal-Ġimgħa l-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw dwar jekk għandhomx jappoġjaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar li ġej.
L-abbozz ta’ liġi dwar il-ftehim tal-ħruġ tal-Unjoni Ewropea iwaqqaf lill-Gvern Ingliż milli jestendi l-perjodu ta’ tranżizzjoni – fejn ir-Renju Unit ma jappartjenix fl-Unjoni Ewropea imma jsegwi id-diversi regoli tal-Unjoni li se jiġu fis-seħħ mill-2020 ‘il quddiem.
Johnson qal li l-pjan iwaqqaf id-dewmien u jipprovdi ċertezza, iżda, l-avversajri tiegħu għandhom opinjoni differenti, hekk kif qed jgħidu li l-abbozz iħalli inċertezza fuq il-futur tar-Renju Unit filwaqt li sostnew illi biex jintlaħaq ftehim kummerċjali mal-Unjoni Ewropea jista’ jieħu s-snin.