Fil-ħin li ġej mistenni li jitħabbar il-gvern ġdid fl-Afganistan fost tensjoni ta’ kollass ekonomiku.
Il-leġittimità tal-gvern ġdid Afgan tinsab taħt għajnejn id-dinja hekk kif id-deċiżjonijiet li se jittieħdu huma kruċjali għall-ekonomija, li marret għal agħar wara li t-Talibani ħatfu l-kontroll tal-pajjiż ftit aktar minn ġimagħtejn ilu.
Kelliem għat-Taliban qal huma se jkunu qed jiddependu primarjament minn finanzjament ġej miċ-Ċina.
It-Taliban ipprovaw jippreżentaw mod aktar moderat lid-dinja minn mindu ħatfu l-kontroll tal-Afganistan hekk kif anke wegħdu li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem fost oħrajn; madanakollu, din l-istampa ta’ ‘wiċċ ġdid’ mhux qed titwemmen fosthom mill-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea.