Fi ftit sigħat oħra Michelle Muscat ser tibda l-isfida tagħha ta’ 14 -il kilometru. Is-Sinjura Muscat ser tagħmel din l-isfida b’risq il-Marigold Foundation li tgħin diversi għaqdiet mhux governattivi.
Din ser tkun il-ħames edizzjoni ta’ din l-għawma annwali bit-tema ta’ Tail’s End hekk kif is-Sinjura Muscat mistennija tgħum madwar id-denb tal-ġżira Maltija.
Il-Fondazzjoni se tkun tista’ tkompli tqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, is-saħħa mentali u l-awtiżmu.
Għaldaqstant, l-appell huwa li filwaqt li Michelle Muscat tkun qiegħda tgħum f’baħar miftuħ, il-poplu Malti jagħti donazzjoni żgħira biex il-Fondazzjoni tkompli b’ħidmietha.