“Illum il-ġurnata m’għandix għalfejn nistħi…nistħi meta kont għaddej nieħu”
Hekk stqarr bi kburija u sodisfazzjon Godwin Spiteri, raġel ta’ 39 sena li sa sena u nofs ilu kien mirkub mill-vizzju tad-droga.
Fil-programm Arena fuq ONE, Spiteri tkellem dwar il-perjodu kemxejn imdallam f’ħajtu meta fl-eta żgħira ta’ 12–il sena beda jmiss mal-vizzju qerriedi tad-droga u kważi tilef kollox.
Qal li dejjem kien jipprova jġib ħajtu għan-normal u jerġa’ jipprova jibni r-relazzjonijiet man-nies, familja u anke fuq xogħol, iżda sfortunatament dan dejjem kien jisfaxxa fix-xejn.
Godwin qal li mhux l-ewwel darba li kien ikollu jorqod barra fit-triq, jew fil-karozza.
Misoqsi x’wasslu biex jibda l-vizzju, Godwin kien ċar fi kliemu.
“Problemi fil-ħajja li ma stajtx inlaħħaq magħhom, fid-droga sibt il-mistrieħ”
Sqarr li kien it-tabib tiegħu li baqa’ jiġri warajh sabiex jieqaf jieħu d-droga u li kien f’dan il-perjodu li rnexxielu jibda programm ta’ rijabilitazzjoni l-Caritas. Hawnhekk sab nies iddedikati li wrewh x’inhi l-vera mħabba.
Għal dawk kollha li qed jew beħsiebhom jmissu ma’ dan il-vizzju, Godwin kellu messaġġ ċar.
“Sibu lil xi hadd min jgħinkom għax meta jkollkom addicition ma tkunx tista tikkontrollaha waħdek.”