Illum f’pajjiżna se jiltaqgħu d-disa’ rappreżentanti tal-Gvernijiet tad-disa’ pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea biex jiddiskutu l-intelligenza artifiċjali.
Din il-laqgħa tal-grupp imsejjaħ tal-MED 9 se ssir fl-MFCC f’Ta’ Qali, fejn bħalissa għaddejja l-expo tat-teknoloġija msejħa bħala TECHXPO.
F’din il-laqgħa li l-Ministru u rappreżentanti tal-Gvern se jkunu qed jintlaqgħu mill-Ministru għall-Ekonomija Malti, Silvio Schembri.
Din mhijiex l-ewwel laqgħa Ministerjali tal-MED 9 li qed issir din is-sena f’pajjiżna. Dan hekk kif f’Mejju li għadda kien hemm laqgħa dwar l-enerġija u l-ġimgħa l-oħra kien hemm laqgħa dwar l-affarijiet barranin.
Dawn il-laqgħa għoljin qed isiru bi preparazzjoni għal-laqgħa tal-Mexxejja tad-disa’ pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea, li se ssir il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru li ġej. Hawnhekk id-disa’ mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jintlaqgħu mill-Prim Ministru Malti, Robert Abela. Preżenti għal din il-laqgħa mistennija jkun hawn il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel.