Bħalissa tinsab għaddejja l-open day bħala parti mill-kampanja RENEW ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Bħala parti minn din l-open day, in-nies jistgħu jsegwu mill-qrib il-ħidma kollettiva fi ħdan il-Partit, jiltaqgħu mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, iżuru esebizzjoni unika dwar l-istorja tal-Partit Laburista u kif ukoll jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom għal Malta tal-futur.
Din l-open day qed issir bħala parti mill-kampanja Renew fejn il-Partit Laburista biex f’sebat ijiem il-Partit Laburista jilħaq l-isfida ta’ elf tesserat li jġedded jew jingħaqad għall-ewwel darba ma’ dan il-moviment.
Fil-fatt, fl-ewwel jumejn biss tal-kampanja RENEW, elf mitejn sitta u tletin (1,236) persuna ġeddew is-sħubija tagħhom jew issieħbu għall-ewwel darba mal-Partit Laburista.
Kull min jixtieq jissieħeb mal-Partit Laburista, jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq 51602034 jew jibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella jissieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
L-open day tibqa’ miftuħa sas-siegħa ta’ waranofsinhar.