Illum, is-26 ta’ Settembru, huwa l-Jum Ewropew tal-Lingwi.
Ġurnata li tiċċelebra d-diversità lingwistika ta’ kontinent li għandu aktar minn 200 lingwa Ewropea, 24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u madwar 60 lingwa reġjonali.
Dan il-jum iservi t’opportunità biex jitqajjem għarfien dwar il-varjetà wiesgħa tal-lingwi fl-Ewropa, fl-istess waqt li nies t’etajiet differenti jkunu mħeġġa jitgħallmu l-lingwi.
Il-Jum Ewropew tal-Lingwi ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Ewropa fl-2001.
Minn dakinhar, kull sena ħadu sehem u għadhom qed jieħdu sehem fih ħafna istituti tal-lingwi u skejjel.