Wara waħda mill-iktar kampanja elettorali jaħarqu fl-aħħar snin, il-Poplu Messikan illum qed jintalaq jagħżel President ġdid.
Il-favorit li jiġi elett fil-kariga huwa l-eks sindku ta’ Mexico City, Andreas Manuel Lopez Obrador li qed iwiegħed li jeqred il-korruzjoni mill-pajjiż.
Jekk jirnexxilu jirbaħ, ir-rebħa elettorali tiegħu titqies bħala waħda storika hekk kif ineħħi mill-poter iż-żewġ partiti prinċipali li ilhom jiggovernaw għal madwar seklu.
Osservaturi politiċi qed jgħidu li l-poplu Messikan huwa ħerqan li jneħħu mill-poter lill-President Enrique Pena Nieto minħabba rabja li għandhom għall-President Messikan li tefa’ lill-pajjiż f’għaqda ekonomika mgħwera bil-korruzzjoni u l-kriminalità jgħollu rashom f’livelli rekord.
Andreas Manuel Lopez Obrador – magħruf bħala AMLO beda il-kampanja tiegħu fuq il-wegħda li jeqred il-korruzzjoni, waqt li wiegħed żieda fil-pensjonijiet u l-pagi tal-ħaddiema billi jeqred abbużi mill-istat, entitajiet politiċi u tan-negozju.