Illum il-Ġermaniżi se jkun qed jivvotaw għall-elezzjoni parlamentari, f’dik li skont l-opinjoni pubblika mhux qed tindika rebħa lill-partit konservattiv ta’ Angela Merkel.
Merkel, li se tkun qed itemm il-karriera tagħha bħala Kanċillier tal-Ġermanja, ingħaqdet mal-kandidat konservattiv Armin Laschet f’rally li sar ilbieraħ.
Fl-indirizz tagħha lejn dawk preżenti, hija tenniet illi l-Ġermaniżi għandhom għażla importanti x’jagħmlu, hekk kif it-tmexxija tal-pajjiż għandha tkun f’idejn min se jkompli jġib l-istabbiltà fil-Ġermanja u li jassigura futur għaż-żgħażagħ. FI kliemha hija qalet li Laschet għandu jkun is-suċċessur tagħha għaliex jista’ jagħmel dan kollu.
Intant, l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat mistennija joħorġu kmieni llejla.