Illum huwa l-aħħar jum biex kandidati prospettivi jissottomettu n-nomina tagħhom għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali tat-8 ta’ Ġunju li ġej.
In-nominazzjoni fetħu nhar il-Ħamis li għadda u se jingħalqu llejla fis-sebgħa ta’ filgħaxija.
Fi stqarrija dalgħodu, il-Kummissjoni Elettorali avżat li kull kandidat għandu jiżġura ruħu li sas-sebgħa ta’ filgħaxija jkun laħaq lesta l-proċess tas-sottomissjoni tiegħu jekk ikun qed japplika b’mod elettroniku jew f’każ ta’ sottomiossjoni personali, il-kandidat hu avżat li għandu jiżġura li jkun fl-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, fin-Naxxar jew ir-Rabat, Għawdex, mhux iktar tard minn dak il-ħin.
Nhar il-Ġimgħa li għadda, id-disa’ kandidati Laburisti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ippreżentaw flimkien in-nomina tagħhom fl-uffiċini tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar.
AQRA AKTAR: