Għal sena oħra, fil-21 ta’ Settembru li ġej, se tkun qed terġa’ tiġi organizzata l-Gozo Half Marathon.
Il-maratona li bdieha saċerdot mix-Xagħra Għawdex f’Ċirklu taż-żgħażagħ, tant kibret li qed tħaqqaha ma’ maratoni fuq livell internazzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt, l-aħħar edizzjoni ta’ din il-maratona, li saret propju fl-2019, kienu pparteċipaw aktar minn 1,500 atleta minn 58 pajjiż differenti. Minħabba l-pandemija, fl-2020 u l-2021 il-maratona saret b’mod virtwali.
L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tinqasam fi tmien kategoriji, fosthom il-Half Marathon, il-ġirja ta’ 10 kilometri, it-10K Walkathon, il-Family 4K Race, Kids 4K Run, 4K Walkathon, Kids 2K Race u Family 2K Run.
Wieħed jista’ japplika fuq il-ħolqa hawn taħt: gozomarathon.org