“That’s one small step for man, one giant leap for mankind”
Kien propju bħal illum 54 sena ilu meta Neil Armstrong; permezz tal-missjoni spazjali Apollo 11, għamel l-ewwel pass fuq iż-żona tal-qamar imsejħa bħala ‘l-baħar ta’ trankwillità’, flimkien mat-tim tiegħu, wara tlett ijiem ġol-vettura spazjali.
Dan kien mument li baqa’ stampat għal-bosta persuni li tkaħħlu mas-set tat-Televiżjoni fi tfulithom u osservaw il-bnedmin fuq il-qamar lebsin l-uniformi spazjali tant memorabbli.
Dakinhar miljuni ta’ persuni madwar id-dinja ċċelebraw dan il-mument storiku mhux biss għax il-bnidem rifes wiċċ il-qamar, iżda ukoll għax l-astronawti rritornaw lura ħajjin u għalhekk kienet missjoni ta’ suċess.
Waqt din il-missjoni spazjali, inġiebu lura numru ta’ kampjuni mill-qamar u ġew analizzati fid-dettall sabiex ikollna għarfien aħjar minn xiex inhu magħmul il-qamar u l-istorja tiegħu.