L-Erbgħa ta’ April kellu jkun il-jum li fih l-eks kollega fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE, Jessica Sultana, tingħaqad fis-Sagrament taż-Żwieġ mal-għarus tagħha Daniel.
Iżda kawża tal-pandemija covid-19, il-koppja sebħu qattgħu dan il-jum bħala ieħor bħall-oħrajn. Iżda ma naqsux milli jkunu pożittivi għall-aħħar.
“Konna three weeks ‘il bogħod imma ħassejna li fl-interess tal-familjari u ħbieb tagħna għamilna naħseb l-aħjar għażla li stajna għamilna at this stage”
Ma kinitx għażla faċli, imma kienet l-aħjar waħda.
“Qisha ġiet għażla quddiemna jew illi nħalluha bħalspeċi nikkrollaw quddiem dak li qed jiġri jew inkella li kemm jista’ jkun nipprovaw inżommu kalmi u naħsbu għal quddiem. Xorta waħda nipprovaw inkunu looking forward għal ġurnata tat-tieġ meta jekk il-Bambin irid tasal ukoll”
Jessica u Daniel kellhom appoġġ kbir mingħand dawk l-aktar qrib tagħhom.
“Kellna ħafna sapport mingħand il-familjari, mingħand il-ħbieb bdew iġgħeluna nħossuna naqra eħfef minn dak it-to qol li kellna fuqna u minn hemmhekk imbgħad għażilna illi neħduha bħala mument ieħor ta’ prova għar-relazzjoni tagħna, kellna diġà minnhom, fil-ħajja miżżewġa naħseb li xi darba jew oħra ser ikolna wkoll u allura naraw kemm jista’ jkun nipprovaw nisaħħu permezz ta’ din l-esperjenza wkoll”
Issa l-koppja tinsab ħerqana biex aktar tard din is-sena tgawdi jum it-tieġ wara sentejn preparamenti.
“Ma naqtgħux qalbna, l-importanti naħseb illi l-koppja, ż-żewġ naħat kemm jista’ jkun jibqgħu dejjem iżommu id f’id u jaraw illi jiġbdu ħabel wieħed ħalli jekk il-Bambin irid ukoll il-ġurnata tat-tieġ tasal u ngawdu u niċċelebraw bid-doppju wkoll”