Karlu III mistenni jiġi dikjarat bħala Re s-Sibt filgħodu f’ċerimonja storika.
Mal-mument li ommu ħalliet din id-dinja, Karlu sar Re iżda dak magħruf bħala l-Accession Council jitlaqqa’ malajr kemm jista’ wara l-mewt ta’ persuna fi ħdan il-monarkija biex issir proklama formali dwar is-suċċessur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bnadar li bħalissa jinsabu meżżasta bħala sinjal ta’ rispett wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta, se jerġgħu jittellgħu lura wara li jitlaqqa’ l-Accession Council.
Dawn il-bnadar jerġgħu jinżlu u jerġgħu jittarju meżżasta nhar il-Ħadd li ġej.