Kienet il-11-il siegħa tal-11-il jum tal-11-il xahar tas-sena 1918, propju bħal-lum 106 snin, meta ntemmet l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Dan hekk kif f’dan il-jum intemmet din il-gwerra qerrieda, meta ġie ffirmat l-armistizju bejn il-forzi tal-alleati u l-Ġermanja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’dan il-jum tintliebes il-peprina ħamra, li tfakkar il-vittmi ta’ din il-gwerra.
Ilbieraħ, l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-Prim Ministru Robert Abela, li fakkru dan il-jum quddiem il-monument tal-gwerra fil-Furjana.