Illum il-Partit Laburista se jiċċelebra Jum il-Ħaddiem fil-Belt Valletta. Dan permezz ta’ mass meeting li se jsir fi Pjazza San Ġorġ, bl-ispettaklu jibda mit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.
Dan il-mass meeting se jsir wara li nhar il-Ħadd li għadda, il-Partit Laburista nieda l-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali fit-tmienja ta’ Ġunju li ġej bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.
L-ispettaklu se jkun imżewwaq minn kantanti żgħażagħ bħal Meghan May, Maxine, Klinsmann u Kylie mbagħad kantanti bħal Ozzy Lino u Mary Spiteri. L-ispettaklu se jkollu mużika live minn The Palace String Orchestra.
Hawnhekk se jkun hemm l-opportunità li n-nies jiltaqgħu mal-kandidati Laburisti, kemm tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u anki tal-Kunsilli Lokali.
Il-qofol ta’ dan il-mass meeting se jintlaħaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.