Illejla fit-teatru Ariston jitla’ s-siparju tal-festival prestiġjuż San Remo.
Il-71 edizzjoni ta’ dan il-fesival se jsir bejn illum u nhar is-Sibt li ġej.
Għal-ewwel darba fl-istorja ta’ dan il-festival mhux se jkun hemm udjenza minħabba l-imxija.
Il-preżentazzjoni ta’ Sanremo se terġa’ tkun fdata f’idejn Amadeus.
Huwa wkoll id-direttur artistiku ta’ dan il-festival bi storja kbira.
Ma’ Amadeus fost oħrajn se jkun qed jippreżenta wkoll il-Kantant u Kummidjant Taljan Fiorello, li mhux wiċċ ġdid għall-festival ta’ San Remo.
B’kollox fil-festival ta’ San Remo ta’ din is-sena, se jieħdu sehem 26 parteċipant, dawn huma:
• Francesco Renga – “Quando Trovo Te”
• Coma_Cose – “Fiamme Negli Occhi”
• Gaia – “Cuore Amaro”
• Irama – “La Genesi del Tuo Colore”
• Fulminacci – “Santa Marinella”
• Madame – “Voce”
• Willie Peyote – “Mai Dire Mai (La Locura)”
• Orietta Berti – “Quando Ti Sei Innamorato”
• Ermal Meta – “Un Milione Di Cose Da Dirti”
• Fasma – “Parlami”
• Arisa – “Potevi Fare Di Più”
• Gio Evan – “Arnica”
• Måneskin – “Zitti e buoni”
• Malika Ayane – “Ti Piaci Così”
• Aiello – “Ora”
• Max Gazzè – “Il Farmacista”
• Ghemon – “Momento Perfetto”
• La Rappresentante Di Lista – “Amare”
• Noemi – “Glicine”
• Random – “Torno A Te”
• Colapesce Dimartino – “Musica Leggerissima”
• Annalisa – “Dieci”
• Bugo – “E Invece Si”
• Lo Stato Sociale – “Combact Pop”
• Extraliscio feat. Davide Toffolo – “Bianca Luce Nera”
• Francesca Michielin & FDEZ – “Chiamami Per Nome”
Intant fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Vito Boschetto, li huwa missier Ignazio Boschetto, wieħed mill-membri tal-grupp Il Volo.
Fl-2015 dan il-grupp rebaħ il-festival San Remo u anke rrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision Song Contest tal-istess sena, fejn ikklassifika fit-tielet post.