Aktar tard illum fis-siegħa ta’ wara nofs in-nhar jitilgħu l-poloz tas-Semi Finali tal-UEFA Champions League bejn Liverpool, Roma, Bayern Munich u Real Madrid.
Dan wara li l-erba’ li huma għaddew mill-fażi tal-Kwarti Finali tal-istess kampjonat.
Il-poloz ser jitilgħu fil-Kwartieri Ġenerali tal-UEFA fl-Isvizzera u l-ewwel leg ta’ semifinali ser issiru nhar l-erba u għoxrin u ħamsa u għoxrin ta’ April filwaqt li t-tieni jsiru nhar it-tnejn u t-tlieta ta’ Mejju.
Se jkun l-Eks Plejer ta’ Milan u Chelsea Andriy Shevchenko li jtella l-poloz ta’ din is-sena.
Intant, rapport internazzjonali qed jgħidu kif l-aktar favoriti li jirbħu dan il-kampjonat huma Real Madrid filwaqt lill-anqas huma Liverpool.