Aktar tard illum fil-kapitali tan-Norveġja se jitħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi.
Ir-rebbieħ intagħżel minn lista ta’ 376 kandidat – b’228 minnhom individwi u 148 organizzazzjonijiet.
Għalkemm l-isem tar-rebbieħ jibqa’ jinżamm sigriet sal-aħħar, fost il-favoriti qed jissemmew numru t’organizzazzjonijiet, bħall-Syria White Helmets u dawk li nnegozjaw il-ftehim dwar l-armi nukleari fl-Iran.