Mexxejja Ewropej illum se jkunu qed ifakkru l-75 anniversarju minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinija.
Dan minkejja s-sitwazzjoni tal-COVID-19 li għadha qed tiddomina fl-Ewropa.
Fir-Renju Unit ser ikunu osservati 2 minuti ta’ silenzju u jsegwi dan indirizz tal-okkażjoni mir-Reġina Eliżabetta t-tieni.
Ser isiru ċerimonji oħra magħluqa għall pubbliku fi Franza u l-Ġermanja u li fihom ser jipparteċipaw Emmanuel Macron u Angela Merkel rispettivament.
Kien fit-8 ta’ Mejju tal-1945 li Ġermanja Nażżista ċediet biex b’hekk immarkat tmiem Gwerra ta’ kważi 6 snin.