Illum għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu se jintlaħaq il-qofol tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista bit-tema ‘Insaħħu Malta Tagħna’ permezz tad-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela.
Dr Abela se jkun qiegħed jindirizza l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.
Din il-konferenza ġenerali se tkun qed tingħalaq wara li ttellgħu sensiela ta’ attivitajiet li marru fid-distretti elettorali kollha fejn il-Partit Laburista spjega iżda fuq kollox sema’.
Il-Konferenza offriet ukoll spazju u workshops għall-attivisti tal-Partit Laburista biex ikollhom sehem ċentrali fit-tfassil tal-politika tal-partit, iżda wkoll spazju lis-soċjetà b’mod ġenerali.
Intant għall-attività tal-lum se jkun qiegħed jiġi offrut servizz ta’ park and ride b’xejn minn quddiem il-lukanda Phoenicia fil-Furjana għal Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, mid-9:15am sal-10:15am.
Dan is-servizz ta’ park and ride se jkun provdut wara l-istess attività.