Telgħu għal 41 l-vittmi li tilfu ħajjithom fid-diżgrazzja ta’ Ġenova, b’uħud mill-vittmi għadhom iridu jiġu identifikati. Fost il-vittmi li nstabu, ilbieraħ filgħaxija nstabu l-katavri ta’ familja – missier u omm u l-bint ta’ disa’ snin.
Illum se jingħataw l-aħħar tislima tmintax mill-vittmi, li mietu fid-diżastru ta’ Ġenova fl-Italja.
Dan wara li ftit qabel nofsinhar tat-Tlieta li għadda, parti kbira minn pont sfrondat, bil-vittmi jaqgħu għoli ta’ kważi ħamsin metru bil-karozzi tagħhom.
Dan l-inċident s’issa ħalla tmienja u tletin persuna mejta, u ħamsa oħra għadhom ma nstabux.
Illum il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, flimkien ma’ Sergio Mattarella se jkunu qed jagħmlu mixja, li twassal lill-qraba tal-vittma għall-funeral. Madanakollu, qed jingħad li għadd ta’ qraba mhux se jattednu, minħabba rabja li għandhom għal Gvern Taljan, għat-telqa li allegatament ħalla lil pont fiha.
Fil-fatt, il-waqgħa tal-pont Morandi, qajjmet dibattitu sħiħ dwar l-istat li tinsab fih l-infrastruttura tal-pajjiż Taljan.