Mil-lum numru ta’ negozji li fost l-oħrajn joffru servizzi mhux meqjusa essenzjali se jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għall-klijenti, hekk kif se jidħol fis-seħħ rilaxx ta’ miżuri oħra li kienu ttieħdu b’rabta mal-pandemija.
Fost l-oħrajn se jinfetħtu ristoranti, lukandi u ħwienet ta’ sbuħija li se jkunu marbuta bi protokolli ċari.
Mil-lum ukoll se jerġgħu jibdew jingħataw servizzi tas-saħħa li kienu twaqqfu temporanjament kawża tal-pandemija COVID-19.
Dawn jinkludu s-servizzi li jingħataw fil-bereġ tas-saħħa, servizzi u appuntamenti għal persuni bid-dijabete, servizzi tal-Kura Primarja, kif ukoll numru ta’ operazzjonijet mhux urġenti.