Kif kien imħabbar, illum Malta qed tara ir-rilaxxar ta’ sett ieħor ta’ restrizzjonijiet b’rabta mat-trażżin tal-pandemija Covid-19 f’pajjiżna.
Propju llum jistgħu jiftħu l-ħwienet meqjusa mhux essenzjali, fosthom barbiera u dawk tal-ħwejjeġ. Jistgħu jibdew jingħataw servizzi meqjusa mhux essenjzali, se jkunu permessi grupp ta’ erba’ persuni fil-pubbliku, il-gruppi ta’ persuni li jiltaqgħu fi proprjetajiet residenzjali se jiżdied għal 4 residenzi u l-mużewijiet se jiftħu għall-pubbliku.
Intant, fid-dawl tas-sitwazzjoni pożittiva li għaddejjha minnha Malta b’rabta mal-pandemija, ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li mill-10 ta’ Mejju fost l-oħrajn se jerġgħu jiftħu r-ristoranti sal-5pm, u jista’ jerġa’ jibda t-taħriġ tal-isport professjonali kollu.