Illum fl-erbgħa ta’ waranofsinhar, se jerġa’ jiftaħ mill-ġdid il-Parlament wara l-btajjel tas-sajf.
Il-ġurnal L-Orizzont illum irrapporta li fuq l-aġenda tal-Parlament se jkun hemm l-Ewwel Qari ta’ diversi abbozzi ta’ liġijiet, fosthom dawk li se jemendaw l-Att dwar il-Gvern Lokali u l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Notarili.
Ġie rrapportat ukoll li mistennija ssir diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, bil-għan li jiġi ċċarat il-mod kif tiġi kkalkulata l-piena f’każ ta’ ċirkostanzi aggravati.