Illejla, fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta se ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-ewwel Biennale ta’ pajjiżna.
Din l-ewwel edizzjoni tal-maltabiennale.art se tibda għada, l-Erbgħa 13 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju li ġej.
Matul dan l-akbar avveniment tal-arti f’pajjiżna se jieħdu sehem bosta artisti kemm lokali u anki internazzjonali.
Għal dan il-Biennale daħlu aktar minn 2,500 proposta ta’ arti kontemporanja minn artisti, li ġejjin minn 75 pajjiż minn madwar id-dinja.
Dawn ix-xogħlijiet se jkunu qed jiġu esebiti f’aktar minn 20 sit madwar Malta u Għawdex. Bil-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt Valletta se jkun il-padiljun nazzjonali Malti.
Dan il-Biennale għandu t-tema Mediterranja bl-isem ‘Baħar Abjad – Imsaġar taż-Żebbuġ’, li permezz tagħha se jkunu trattati erba’ temi partikolari permezz tal-arti.