Illum se jerġa’ jiftaħ il-Parlament Malti wara l-btajjel tal-Milied. Dan se jfisser li s-seduta tal-lum se tkun l-ewwel waħda għas-sena l-ġdida, l-2024.
Il-Parlament mistenni jkompli bil-ħidma tiegħu permezz ta’ seduti t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa.
Fuq l-aġenda tal-Membri Parlamentari hemm tliet abbozzi ta’ liġijiet.
Fost dawn hemm liġi li tittratta l-patrimonju kulturali – liġi li se tirregola biċċiet ta’ arti, li jinġibu f’Malta u oħrajn li jittieħdu ‘l barra mill-pajjiż u anki l-liġi li se tipprojbixxi l-ittestjar tal-verġinità.
Fost liġijiet li se jkunu diskussi fil-ġimgħat li ġejjin hemm liġi dwar il-kondotta u anki se tkun diskussa wkoll l-electronic tagging, biex meta persuna toħroġ bil-bail ikollha dan l-apparat biex tkun issolverjata kontinwament.