Illum is-Slovakkja tassumi l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin. L-aħħar Presidenza qabel imbagħad tibda dik ta’ Malta f’Jannar li ġej.
Is-Slovakkja qed tieħu din il-Presidenza fi żmien bla preċedent għall-Unjoni Ewropea fejn il-blokk politiku u ekonomiku għandu pressjoni kbira minħabba d-deċiżjoni li jieħu r-Renju Unit. Il-Prim Ministru tas-Slovakkja Robert Fico qal li l-Unjoni Ewropea trid tbiddel politika li ma kinetx suċċess, partikolarment fuq l-immigrazzjoni.
Fico ltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker il-Ħamis fil-kapitali Bratislava u ddikjara: “Id-deċiżjonijiet kruċjali fuq il-futur tal-Ewropa ma jistgħux ikunu definiti bid-deċiżjoni ta’ membru stat wieħed jew tnejn, jew inkella mill-fundaturi.”