Uffiċjalment illum se jibdew il-logħob tal-Olimpjadi f’Tokjo il-Ġappun.
11,300 atleta minn 207 pajjiż differenti se jkunu qed jikkompetu fil-ġimgħat li ġejjin, kollha bl-għan li jieħdu lura lejn pajjiżhom il-midajla tad-deheb, fidda jew bronż.
Il-Logħob tal-Olimpjadi kellhom isiru f’Marzu tas-sena l-oħra, iżda minħabba l-pandemija dawk kellhom jiġu posposti. Infatti bosta iddeskrivew dawn il-logħob tant mistennija bħala d-dawl f’tarf il-mina ta’ dawn iż-żminijiet diffiċli.
Il-pajjiż Asjatiku bħalissa qed jara żieda qawwija fil-każijiet pożittivi ta’covid-19, fejn ħafna sejħu biex il-logħob jiġi għal darb’oħra kkanċellat. Għal dan, ħafna mill-attivitajiet u kompetizzjonijiet se jsiru mingħajr spettaturi minħabba li l-awtoritajiet daħħlu bosta restrizzjonijiet biex ma jkunx hemm impatt negattiv tal-imxija. Minkejja dan bosta atleti u organizzaturi xorta rriżultaw pożittiv għall-Covid-19,
Kien fl-2013 li l-Belt pittoreska ta’ Tokjo fil-Ġappun intgħażlet sabiex tospità l-Olimpjadi fl-2013.
Il-kontinġent Malti se jkun iffurmat minn sitt atleti li se jikkompetu f’ħames kategoriji differenti. Dawn huma Carla Scicluna, fl-atletika, Matthew Abela, fil-Badminton, Andrew Chetcuti u Sasha Gatt fl-Għawm, Yazmin Zammit Stevens fil-Weightlifting u Eleanor Bezzina fl-Air Pistol.
Intant, permezz ta’ post fuq Facebook il-Prim Ministru Robert Abela awgura lit-tim Malti u qal kif Malta kollha “se tkun warajkom.”