Mil-lum se jibda t-tilqim bla ħlas kontra l-influwenza.
Fil-ħmistax li ġejjin, it-tilqim se jingħata lill-persuni li għandhom aktar minn 55 sena, lil dawk b’mard kroniku, lin-nisa tqal, lil min jaħdem jew jgħix f’xi istituzzjoni, lill-ħaddiema tas-saħħa u lit-tfal ta’ bejn is-sitt xhur u l-ħames snin.
Mit-Tnejn 31 ta’ Ottubru 2022 l-vaċċin jibda jingħata lill-pubbliku inġenerali. It-tilqim se jingħata fiċ-ċentri tas-saħħa kollha f’Malta u f’Għawdex, u anki f’ċertu bereġ fl-irħula.
Fid-dawl li l-Covid għadu magħna wkoll u fix-xitwa dejjem ikun antiċipat li jiżdiedu l-każijiet, se tiġi offruta wkoll tilqima ġdida li taħdem speċifikament kontra l-varjant dominanti bħalissa, l-Omicron. Din it-tilqima tista’ tittieħed fl-istess darba ma’ dik tal-influwenza u se tkun qed tiġi offruta fiċ-ċentri tas-saħħa wkoll.
Huwa importanti li kull min imur jieħu l-vaċċin kontra l-influenza jieħu miegħu l-karta t’identifikazzjoni, u fil-każ tal-persuni li jbatu b’mard kroniku, trid tkun ppreżentata l-kartuna s-safra jew ċertifikat tat-tabib li turi l-kundizzjoni medika tal-persuna.
Din hija l-iskeda tat-tilqim tinsab hawn:
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq il-paġna ta’ Facebook tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.