Illum jibda’ r-renju tal-Karnival fejn ħafna kuluri differenti u xi praspura ‘l hemm u ‘l hawn huma permessi.
It-tfal kollha tal-gżejjer Maltin m’għandhomx skola u jqumu bi ħġarhom biex jilbsu l-kostum tal-eroj favorit tagħhom u jerħulha sal-Belt flimkien mal-ġenituri tagħhom.
Ħafna tfal ikollhom ukoll xi festin marbut mal-atmosfera Karnivaleska fejn jikkompetu għall-isbaħ kostum.
Din it-tradizzjoni kulturali twassalna għall-bidu tal-festi tar-Randan.