Ġurin huwa l-proċess li fih ikun deċiż jekk l-akkużat kienx fi stat ta’ ġenn fil-mument li wettaq l-allegat reat.
Illum jibda l-ġurin fil-każ tal-qtil doppju li kien seħħ f’Lulju tal-2018 fil-Għargħur.
F’dan il-każ, l-akkużat bil-qtil ta’ Antonia Micallef u Maria Carmela Fenech huwa Kevin Micallef.
Huwa qed jiġi mixli li fit-23 ta’ Lulju tal-2018, qatel lil ommu u lil zitu.
Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, illum se jiskatta l-proċess tal-ġurin, li fih ikun deċiż jekk l-akkużat kienx fi stat ta’ ġenn fil-mument li wettaq l-allegat reat.
Waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda ftit wara li seħħ il-każ, kien ħareġ li r-raġel fetaħ il-bieb tar-residenza lill-Pulizija u ta ruħu b’idejh mill-ewwel.
Fil-fatt, il-Pulizija kienu marru fuq ix-xena tad-delitt wara li rċevew telefonata mis-suspettat innifsu, li qalilhom li qatel lil ommu u lil zitu.