Illum wara nofs-in nhar fil-Port il-Kbir issir l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-regatta tal-Vitorja. Għal sena oħra se jieħdu sehem tmien klabbs: Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Siġġiewi.
B’kollox se jsiru ħdax-il tiġrija: ħamsa minn Kategorija A, ħamsa minn Kategorija B u tiġrija waħda għall-qaddiefa nisa.
F’Kategorija, għar-rebħ tal-Aggregate Shield tal-Vitorja, it-taqtiegħa se tkun bejn it-tliet ibliet tal-Kottonera: Bormla, Birgu Isla. It-tliet klabbs jinsabu armati tajjeb u mistennija taqtiegħa ħarxa bejnithom. Bormla u Birgu huma l-holders tax-shield wara li s-sena l-oħra spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti. Bejnithom se jkun hemm l-Isla li għalihom din il-ġurnata għandha importanza doppja hekk kif illum jiċċelebraw ukoll il-festa ta’ Marija Bambina. Bormla qed jimmiraw li jirbħu x-shield għat-23 darba biex b’hekk jilħqu lill-Isla bħala l-akbar ammont ta’ rebħ ta’ din ix-shield.
Missielta wkoll se tkun Kategorija B fejn hawnhekk ħafna klabbs iddeċiedew li jiffukaw fuqha. Apparti Bormla, Birgu u Isla hemm ukoll armati tajjeb il-klabbs l-oħra kollha.
Ir-Regatta tal-Vitorja tibda għal ħabta tan-12.30pm. Aktar qabel se jsir it-tlugħ tal-poloz tat-tiġrijiet kollha.
One Radio se jkun qed iwassal aġġornamenti mill-Port il-Kbir b’kollegamenti diretti mis-14:00 ‘il quddiem.