Illum wara nofs-in nhar, fil-Port il-Kbir, issir ir-Regatta tal-Vitorja. Tmien klabbs se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena: Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett, Birżebbuġa u Siġġiewi. Kmieni l-Ġimgħa filgħodu tħabbar li r-Regatta se tibda aktar kmieni minħabba li hu previst il-maltemp aktar tard matul il-ġurnata. Għalhekk ir-Regatta issa se tibda fil-11:30 ta’ filgħodu
B’kollox se jsiru 11-il tiġrija. Ħamsa huma minn Karegorija A, ħamsa ta’ Kategorija B u waħda tal-frejgatini għall-qaddiefa nisa.
Mistennija sfida sabiħa bejn tliet klabbs f’Kategorija A għar-rebħ tal-aggregate shield tal-Vitorja. Dawn huma l-holders Bormla, ir-rebbieħa tar-Regatta tal-Ħelsien l-Isla u l-klabb tal-Birgu. Huma jinsabu armati tajjeb u mistennija jagħtu spettaklu fil-Port il-Kbir. Min-naħa tagħhom il-klabbs l-oħra mistennija jagħti sfida għar-rebħ f’tiġrijiet differenti.
Aktar missielta se tkun Kategorija B hekk kif minbarra t-tliet klabbs favoriti f’Kategorija A hemm klabbs oħra li ddeciedew li jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuq din il-kategorija.
Ix-shields tat-tliet kategoriji differenti
Il-poloz ta’ kull tiġrija