Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qed ilaqqa’ l-grupp Parlamentari tal-Partit Laburista għall-ewwel darba. Kien ftit qabel l-għaxra li l-Prim Ministru Muscat deher dieħel Kastilja wara li kienu daħlu għadd ta’ deputati għal dik li se tkun l-ewwel laqgħa tal-grupp parlamentari tal-gvern f’din il-leġiżlatura.Dan hekk kif fil-ħin li ġej mistenni se jkun qed jitħabbar kif se jkun iffurmat il-Kabinett il-ġdid.
Il-membri eletti għal din il-leġislatura huma dawn: Carmelo Abela, Robert Abela, Chris Agius, Anthony Agius Decelis, Evarist Bartolo, Owen Bonnici, Ian Borg, Clint Camilleri, Byron Camilleri, Chris Cardona, Justyne Caruana, Helena Dalli, Deo Debattista, Michael Falzon, Aaron Farrugia, Michael Farrugia, Julia Farrugia Portelli, Chris Fearne, Roderick Galdes, Clifton Grima, Silvio Grixti, Jose Herrera, Joe Mizzi, Konrad Mizzi, Alex Muscat, Silvio Parnis, Anton Refalo, Silvio Schembri u Edward Scicluna.