Illum l-Qorti ddiskutiet t-talba tal-ħelsien mill-arrest tat-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu, u l-aħwa George u Alfred Degorgio magħrufa bħala ċ-Ċiniż u l-Fulu, permezz tal-avukati tagħhom fis-seduta li għaddiet talbu l-ħelsien mill-arrest. Wara s-smiegħ tad-difiża u tal-prosekuzzjoni, il-Maġistrat issospendiet is-seduta u qalet li ser tkun qed tagħti d-digriet tagħha fil-jiem li ġejjin.
Ara hawn kif ġraw l-affarijiet b’mod kronoloġiku:
12:25 : L-Awla numru 7 fil-Qorti għada kważi vojta, għajr għal ftit ġurnalisti u kif ukoll il-Prosekuttur ewlieni f’ dan il-każ l-Ispettur Keith Arnaud flimkien ma’ rapreżentanta tal-avukat Ġenerali u avukat difensur.
Il-Każ mistenni jkompli jinstema quddiem il-maġistrat Claire Stafrace Zammit.
12:35 : It-tlett akkużati Vince Muscat il-Koħħu, u l-aħwa George u Alfred Degorgio magħrufa bħala ċ-Ċiniż u l-Fulu daħlu fl-awla taħt sigurta’ stretta.
Fuq in-naħa tal-Parte Civile l-Avukati Jason Azzopardi, Eve Borg Costanzi u Karol Aquilina.
Daħlet ukoll il-Maġistrat.
12:40: L-Avukati difensuri qalu kif huma għamlu rikors għall-ħelsien mill-arrest dan għax issa ilhom mill-4 ta’ Diċembru arrestati. Huma qalu lill-gravita’ tal-każ m’ hijiex raġuni biex ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest. Huma qalu kif il-Prosekuzzjoni qalet lix-xhieda pajżana ma’ fadalx x’ jixhdu u allura l-akkużati ma’ jistgħux jikkontaminaw xi xhieda.
L-avukati difensuri qalu kif fil-Qorti ma’ tressqux provi għajr dawk tat-teknoloġija fil-konfont tal-akkużati. L-Avukat ewlieni li qed jidher għall-Alfred Degorgio qal kif id-data miġbura qiegħda preservata għand il-Prosekuzzjoni u għalhekk lanqas din ma’ jistgħu jikkontaminaw. Huwa qal kif it-tlett akkużati huma għalissa innoċenti, huwa kompla jargumenta kif apparti dawn l-akkużati hemm ukoll aktar nies bil-police bail u għalhekk it-talba għall-ħelsien mill-arrest aktar tissaħħaħ hawnhekk, huwa qal li għandu jkun hemm kundizzjonijiet għall-ħelsien anke jekk xi ftit iebsin.
12:45: Beda jitkellem issa l-Avukat Martin Fenech wieħed mill-avukati difensuri tal-akkużati. Huwa qal lill-klijenti tiegħu għandhom id-drittijiet, fejn qal li quddiem li din il-qorti nġabu għadd ta’ xhieda iżda qatt ma’ nġabet xhieda waħda fattwali apparti dawk tat-teknoloġija.
Fl-awla qed jispikka n-nuqqas tal-Familjari ta’ Daphne Caruana Galizia.
Intant, l-avukat Martin Fenech qal kif ix-xhieda li hemm ma’ tistax tiġi kkontaminata għax hi dik li hi u hawn semma fost oħrajn it-‘triangulation’. Huwa kompla jgħid kif hemm persuni akkużati bi qtil fil-Qorti u jinsabu fuq ‘Police Bail’ u allura dan il-każ ma’ għandux ikun eċċezzjoni. L-Avukat Martin Fenech qal kif dan il-każ ġie ‘Blown Up’ għax qatt il-qorti ma’ rat dawn il-gwardjani u l-Pulizija kollha. Fenech kompla jgħid kif ‘Bail’ għandu jingħata lil kull persuna, u dan bil-liġi, filfatt il-liġi tirrikonixxi l-fatt li wara tnejn u għoxrin xahar dawn bilfors irridu jingħataw il-‘Bail’.
L-avukat Martin Fenech qal li fil-ħabs huma ma’ taw l-ebda inkwiet jew problemi, għandhom familji u huma stabilitti f’ pajjiżna, qal ukoll kif ix-xhieda li fadlila tixhed huma biss il-barranin.
L-Avukat Martin Fenech qed jidher għal Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu.
12:55: Daħlet issa Dr. Josette Sultana li qed tiddefendi lil George Degorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż. Intant, l-Avukat ta’ Alfred Degorgio qal kif huma qed jiġu akku#ati li huma membri ta’ għaqda kriminali u din hija biss immaġinarja.
Dr. Josette Sultana – qalet kif hemm il-prezunonzjoni tal-innocenzja, u ma’ għandhomx jiġu trattati differenti minn kwalunkwe kawża oħra.
13:00: L-Ispettur Keith Arnaud qal li ma jistax jifhem il-kumment tal-Avukat Martin Fenech li qal li dan il-każ ġie ‘blown up out of proportion’ li qal li din kienet karozza bomba u huwa wieħed mill-agħar każijiet u mill-aktar krudili.
Arnaud kompla jgħid lill-artiklu 575 tal-liġi Maltija jispeċifika d-delitti li għalijom ma’ jingħatax il-ħelsien mill-arrest. Huwa qal kif dan l-artiklu jgħid fost oħrajn lil-‘Bail’ ma’ jingħatax lil dawk lill-każ tagħhom ikun ta’ għomor il-ħabs.
Il-Prosekuttur qal li iva jkun hemm minn jingħata l-‘bail’ u hemm minn qatt ma’ ngħata l-‘bail’ ukoll, imma żgur mhux dan il-każ lill-akkużati għażlu li jgħollu lill-persuna b’ karozza bomba.
L-Ispettur qal ukoll kif il-fedina ta’ dawn it-tlett persuni mhux xi waħda nadifa u fost oħrajn huma għandhom ‘clashes’ ukoll mall-Pulizija.
Huwa qal kif il-fedina finali tal-akkużati titkellem weħieda u għalhekk iktar u iktar ma’ għandhomx jingħataw il-ħelsien.
13:05 L-Ispettur Arnaud qal kif l-organizazzjoni mnizzla mill_Avukat Ġenerali, hija waħda eżistenti u mhux imaġinarja. B’ dan kollu tenna l-Ispettur Arnaud il-Prosekuzzjoni qed toġezzjona għall-ħelsien mill-arrest u anke għal fatt li għadna l-bogħod mit-tnejn u għoxrin xahar.
13:07: Fil-Kontra Eżami l-Avukat Martin Fenech qal kif minkejja iva li dan il-ka# juwa gravi xorta waħda fil-passat kien hemm każijiet simili li xorta ngħataw il-ħelsien mill-arrest.
L-avukat ta’ Alfred Degorgio qal kif il-‘clashes’ mal-Pulizija humma kollha minuri u għalhekk din mhux skuża biex ma’ jingħatawx il-ħelsien mill-arrest.
Huwa ġab ezempju kif hemm kazijiet ta’ qtil doppju u n-nies qegħdin bil-‘bail’. Huwa qal kif l-għoxrin huma biss massimu u ma’ għandux issir abbuż minnhom.
13:10:
Il-Maġistrat issospendiet is-seduta u qalet li ser tkun qed tagħti d-digriet tagħha fil-jiem li ġejjin.