Illum il-Prim Ministru Robert Abela se jieħu sehem fil-11-il laqgħa tal-MED 9, li tiġbor flimkien disa’ pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea.
Il-laqgħa f’Pafos se titratta fost oħrajn l-aħħar żviluppi dwar il-gwerra fil-Lvant Nofsani, tant li se jingħaq mal-nexxejja Ewropej, ir-Re Abdullah II tal-Ġordan.
F’din il-laqgħa għolja se jkun hemm ukoll il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Mal-mejda tad-diskussjoni, flimkien mal-Prim Ministru Malti se jkun hemm ukoll il-President Franċiż Emmanuel Macron, il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni u l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez, fost oħrajn.
Din il-laqgħa se ssir ftit jiem qabel is-Summit tal-Kunsill Ewropew, fi Brussell u l-għan huwa li d-disa’ mexxejja tal-pajjiżi min-Nofsinhsr tal-Ewropa jkollhom pożizzjoni komuni.
L-aħħar laqgħa tal-mexxejja tal-MED 9, f’Settembru tas-sena l-oħra, kienet saret f’pajjiżna, b’laqgħat kienu saru fil-Berġa ta’ Kastilja u l-konferenza tal-aħbarijiet fl-Imdina.